Appell biex tittieħed azzjoni kontra l-MPs li jridu jibdlu lil Delia

Membru tal-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista għamel appell sabiex tittieħed azzjoni kontra l-Membri Parlamentari li ma jridux jaċċettaw lil Adrian Delia bħala l-Kap tal-Oppożizzjoni.

Din il-ġimgħa, Delia ġie sfiduċjat minn 19-il Membru Parlamentari tal-PN waqt vot sigriet f’laqgħa tal-Grupp Parlamentari tal-PN fid-Dar Ċentrali f’Tal-Pietà. 11-il MP urew fiduċja fih. Il-mozzjoni ta’ sfiduċja f’Delia tressqet minn Chris Said u ġiet sekondata minn Therese Comodini Cachia.

Wara dan ir-riżultat, Delia insista li huwa beħsiebu jibqa’ Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista, għaliex it-tesserati eleġġew lilu.

Madankollu, illum, il-Membri Parlamentari Chris Said u Claudette Buttigieg marru għand il-President George Vella sabiex dan ineħħi lil Adrian Delia minn Kap tal-Oppożizzjoni, u minfloku jaħtar lil Therese Comodini Cachia. Wara din il-laqgħa, Delia stess attenda laqgħa ta’ madwar siegħa mal-President.

Intant, ftit tas-sigħat ilu, Andre Grech, li huwa parti mill-Eżekuttiv tal-PN, kiteb fuq Facebook li kiteb lis-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, lill-President tal-Kunsill Amministrattiv u lill-President tal-Kumitat Eżekuttiv sabiex ilaqqgħu l-organi tal-PN “biex tittieħed azzjoni kontra d-deputati parlamentari li marru kontra l-istatut tal-Partit Nazzjonalista meta marru għand il-President ta Malta biex jappuntaw Kap ta l-Oppożizzjoni ġdid.”

Grech żied jgħid li dan l-istatut ġie approvat ftit ġranet ilu b’mod unanimu u m’hemm ebda lok għal interpretazzjoni ta’ Artiklu 83.1.

Dan l-artiklu jgħid li, “Il-Kap huwa l-Kap tal-Partit kif ukoll iċ-Chairperson tal-Grupp Parlamentari, u jservi bħala Prim Ministru meta l-partit ikun qed imexxi l-Gvern u Kap tal-Oppożizzjoni meta l-partit ikun fl-oppożizzjoni.”

Għadni kif ktibt lis-Segretarju Ġenerali tal- Partit Nazzjonalista, lil- President tal- Kunsill Amministrattiv u lil-…

Posted by André Grech on Thursday, July 9, 2020

Madankollu, l-Avukat Franco Debono kiteb fuq Facebook li l-istess artiklu, Artiklu 83.1, imur kontra l-Kostituzzjoni, u kull regolament li jikkontradixxi l-Kostituzzjoni huwa null u bla effett.

Debono spjega li min ikun Prim Ministru jinħatar mil-President tar-Repubblika skont Artiklu 80 tal-Kostituzzjoni, ikun kap ta’ partit jew ma jkunx. Bl-istess mod il-Kap tal-Oppożizzjoni – dan jinħatar mill-President, skont il-Kostituzzjoni, u ma jeħtieġx li jkun kap ta’ partit. Temm jgħid li, “Fejn statut ta’ partit imur kontra l-Kostituzzjoni, tipprevali l-Kostituzzjoni.”

L-Partit Nazzjonalista ghadu kif ghamel Statut gdid. L-art 83. (1) Il-Kap huwa l-Kap tal-Partit kif ukoll…

Posted by Franco Debono on Wednesday, July 8, 2020

Intant, għadd ta’ persuni oħra tkellmu kontra n-nomina ta’ Therese Comodini Cachia bħala Kap tal-Oppożizzjoni. Fost dawn kien hemm il-President ta’ Team Start PN Thomas De Martino, il-Kunsillier ta’ San Ġiljan Sean Gauci, u l-preżentatriċi ta’ NET TV Doriana Portelli.

Le grazzi. > M'iniex wara Kap tal-Oppożizzjoni li magħzula minn erba' min nies biss. > M'iniex wara Kap…

Posted by Thomas De Martino on Thursday, July 9, 2020

Had it not been for public outcry after her decision to remain as MEP, Therese Comodini Cachia wouldn't even have been an MP today.

Posted by Sean Gauci on Thursday, July 9, 2020

Issa tridu s-siġġu li ridt tarmi hux hekk? Ara kif tridni nafdak.U ħalluna tridu!!!#NOTMYLEADER

Posted by Doriana Portelli on Thursday, July 9, 2020