Appell biex kulħadd jibgħat din l-imejl fit-3pm

In-Netwerk tas-Soċjetà Ċivili qed titlob biex kulħadd jibgħat ittra miftuħa lill-Prim Ministru, Joseph Muscat, illum fit-3pm.
Il-firmatarju għandu jkunu“ċittadin imħasseb”, u din l-ittra miftuħa tintbagħat minn kulħadd fit-3pm illum, il-ħin eżatt li ġimgħa ilu Daphne Caruana Galizia nqatlet b’bomba fil-karozza li kienet qed issuq.
In-Netwerk tas-Soċjetà Ċivili temmet tgħid li kulħadd għandu jieqaf minn dak li jkun qed jagħmel u jibgħat din l-imejl, sabix ningħaqdu flimkien u l-mewt ta’ Daphne Caruana Galizia ma tkunx għalxejn.
Din huwa t-test li s-soċjetà ċivili tixtieq li kulħadd jibgħat fil-ħin u l-isem imsemmi:
Prim Ministru, għaddiet ġimgħa mill-episodju orribbli li heżżeż lill-pajjiż u nħass mad-dinja kollha. Jekk verament għandek għal qalbek lil Malta, jekk jogħġbok neħħi lill-Kummissarju tal-Pulizija u ’l-Avukat Ġenerali. Pajjiżna jistħoqqlu aħjar.
Grazzi,
Ċittadin imħasseb.
It-titlu ta’ din l-imejl għandu jkun Inħobb lil Malta, u kif issemma, tintbagħat illum fit-3pm lill-Prim Ministru, fuq dan l-indirizz: joseph.muscat@gov.mt