Appell biex jintlibes ilbies addattat għall-kesħa

Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm qed jappella sabiex dawk li se jersqu biex jagħtu d-demm jilbsu lbies addattat għall-kesħa, kif ukoll ilbies addattat għall-għoti tad-demm. 

F’messaġġ, is-Servizz issuġġerixxa li d-donatur jilbes minn taħt xi ħaġa b’komma qasira biex ma jkunx hemm diffikultajiet relatati mal-passaġġ tad-demm kemm waqt id-donazzjoni, kif ukoll wara. Ġie spjegat li jkun tajjeb li ma jintlibsux ħwejjeġ mal-għonq bħal polo-necks u minflok jintużaw xalel li jistgħu jitneħħew faċilment.

Jekk tixtieq tagħti d-demm tista’ tagħmel dan:

  • fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta’ Gwardamanġa: Kuljum mit-8am sas-6pm (l-aħħar dħul fis-6:00pm)
  • fiċ-Ċentru Pastorali faċċata tal-Knisja Parrokkjali ta’ San Bastjan ta’ Ħal Qormi: il-Ħadd 13 ta’ Jannar mit-8.30am sas-1pm
  • fil-Berġa l-ġdida tax-Xewkija f’Għawdex: it-Tlieta 15 ta’ Jannar mis-1pm sal-5pm (l-aħħar dħul fil-5pm).

Jekk se tagħti d-demm huwa importanti li tieħu miegħek il-karta tal-identità, il-liċenzja tas-sewqan jew passaport Malti. Ħajjar ukoll lil xi ħadd sabiex jiġi miegħek.