Appell biex jinstabu l-qraba tar-raġel li miet f’Bormla

Read in English.

Ebrima Drammeh f’post fuq Facebook qiegħed jappella biex kull min għandu xi informazzjoni dwar il-qraba tar-raġel li l-Ħamis li għadda miet f’sit ta’ kostruzzjoni fi Sqaq l-Erwieħ Bormla jagħmlu kuntatt miegħu fuq +35677688816.

Update of the Gambian boy who died in Bormla in Malta. when he was working at the construction site the house collapsed…

Posted by Ebrima Drammeh on Saturday, July 25, 2020

Fil-ħin tal-inċident r-raġel li kien qiegħed jaħdem f’dan is-sit ta’ kostruzzjoni. F’dan l-inċident iġġarraf ċint fejn kien qiegħed isir xogħol ta’ skavar u tqattigħ ta’ blat. Il-ħaddiem li għandu 32 sena jismu Nane is Sarjo Konteh minn Nyimina Jaffaie fil-Gambja.

F’dan l-inċident raġel Malti ta’ 35 sena mill-Belt Velletta jinsab fil-periklu mewt.