​Appell biex jinstab sid id-dgħajsa

Il-paġna fuq Facebook Boatsalesmalta appellat għall-għajnuna biex jinstab sid id-dgħajsa li tidher fir-ritratt.
Kawża tar-riħ u l-maltemp qawwi li qam illum, jidher li l-baħar qed jiġi affettwat ġmielu hekk kif anke dgħajsa tal-qlugħ spiċċat fuq il-blat fil-Qawra.
Jidher li fuqha ma kien hemm ħadd, u għaldaqstant huwa possibbli li d-dgħajsa spiċċat hemmhekk kawża tal-maltemp.
Ritratti: Boatsalesmalta