Aġġornata: Jinstab Bimbu l-kelb li ntilef fil-Fgura

Bimbu il-kelb tar-razza Chihuahua instab aktar kmieni llum. F’post fuq il-paġna personali tiegħu Ricky Galea ħabbar li l-kelb instab u rringrazzja lil dawk kollha li xerrdu l-kitba tiegħu fuq il-profili tagħhom.

Huwa kien talab l-għajnuna tal-pubbliku biex kull min isibu jagħmel kuntatt miegħu.

Il-kelb deher l-aħħar fl-akwati tal-pjazza tal-Fgura. Il-kelb intilef l-Erbgħa filgħaxija għall-ġabta tad-9pm.