Appell biex jinbidlu l-ħinijiet tal-Water Park fil-Qawra

Wara li l-water park tal-Qawra reġa’ fetaħ fl-1 ta’ Lulju, issa  n-nies qed jilmentaw dwar il-ħinijiet. Dan hekk kif il-park jiftaħ mill-10 a.m. sas-7 p.m.

Kummenti li dehru fuq il-midja soċjali fl-aħħar jiem juru x-xewqa li l-park jiftaħ siegħa qabel, minħabba li fl-10 a.m. ix-xemx tkun diġà taħraq.  

Jgħidu wkoll li r-rokna tat-tfal iż-żgħar għandha tiftaħ siegħa qabel u tagħlaq fit-8 p.m.

Missier saħaq li dan mhuwiex biss ilment iżda appell lill-awtoritajiet biex jadattaw għall-ħtiġijiet tal-poplu.

Persuna li kienet taħdem fil-park is-sajf li għadda kkummentat fuq Facebook, li l-ġenituri kienu jilmentaw dwar il-ħinijiet kuljum.

Spjegat kif il-ħaddiema tal-park kienu jwasslu dawn l-ilmenti iżda dawn waqgħu fuq widnejn torox.

Din is-sena, il-water park ma fetaħx qabel minħabba problemi ta’ ħaddiema biex jieħdu ħsieb is-superviżjoni tal-post fil-ħinijiet kollha li jkun miftuħ.

Ħalli l-kumment tiegħek hawn taħt.