Appell biex jiġi rappurtat min ma jilbisx maskra fil-ħwienet tas-sbuħija

Stock Photo: U.S. Air Force photo by Kemberly Groue

Il-Ministeru tas-Saħħa qed jappella sabiex in-nies jirrappurtaw lil min jaraw mingħajr maskra fil-ħwienet tas-sbuħija.

Il-maskra jew visor għandhom jintlibsu ġol-ħwienet tax-xagħar, għand il-beauticians u n-nail technicians sakemm ma t-trattament ma jirrikjedix li dawn jitneħħew għal xi ħin.

Min jara lil xi ħadd mingħajrhom huwa mitlub jirrapporta billi jċempel fuq 119.

🇲🇹 Dejjem ilbes il-Maskra meta iżżur il-hairdresser, beautician jew nail technician🇬🇧 Always wear a mask when visiting hairdresser, beautician or nail technician

Posted by saħħa on Monday, August 10, 2020

Meta reġgħu fetħu l-ħwienet tas-sbuħija f’Mejju li għadda, il-Ministeru tas-Saħħa ppubblika għadd ta’ regolamenti li għandhom isegwu dawk li joffru servizz. Minkejja li għaddew ix-xhur, dawk ir-regoli għadhom japplikaw, speċjalment issa li l-każijiet tal-coronavirus f’Malta reġgħu żdiedu.

It-total ta’ każijiet bħalissa huwa ta’ 415-il każ attiv.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn