APPELL biex jgħinuh isib min faqagħlu l-karozza

Żagħżugħ minn Birkirkara qed jappella għall-għajnuna fuq Facebook biex isib min faqagħlu l-karozza.
Kiteb li dalgħodu sab il-karozza tiegħu mifqugħa wara li xi ħadd b’karozza Mazda baqa’ dieħel fih. Bl-impatt, il-karozza taż-żagħżugħ daħlet ukoll fil-karozza li kienet ipparkjata quddiemu li kienet tat-tip Honda Fit.
Il-karozza ġarrbet ħsarat fix-chassis, it-tyres u f’partijiet oħra kif jidher fir-ritratt.
Wara li kellem lill-kumpanija tal-assigurazzjoni, qalulu li ma kienx kopert bil-polza li kellu għalhekk l-unika mod biex jirkupra l-ispejjż hu li jsir jaf min ħabat fih.
Jgħid li minn filmati li rnexxielu jikseb mill-kameras tas-sigurtà li jinsabu fil-viċin, sar jaf li l-karozza li ħabtet fih kienet oranġjo tat-tip Mazda Demio or Mazda 2 u li l-inċident seħħ fis-00:50 tat-Tnejn filgħodu.
Appella għall-għajnuna u talab lil kull min għandu l-informazzjoni biex jikkuntattjah fuq 7944 7619.