Appell biex iż-żwiemel ma jinżammux fix-xemx

Miguela Xuereb

L-attivistà favur id-drittijiet tal-annimali Moira Delia appellat fuq il-paġna tagħha ta’ Facebook biex fil-jiem li ġejjin is-sidien tal-karozzin jżommu ż-żwiemel ġewwa u mhux joħorġuhom fix-xemx hekk kif mistennija mewġa ta’ sħana.

Hi saħqet li l-mewġa ta’ sħana taffettwa l-annimali wkoll u għaldaqstant dawn għandhom jinżammu għad-dell u fil-frisk.

Fi tmiem il-ġimgħa, il-Gżejjer Maltin huma mistennija jintlaqtu minn sħana qawwija peress li t-temperatura se titla’ għal 35 grad nhar il-Ħadd għall-ewwel darba din is-sena.

AQRA: L-ewwel heatwave tas-sena fi tmiem il-ġimgħa?

F’Awwissu tas-sena l-oħra, żiemel li kien qed isuq karozzin fi Triq San Franġisk il-Furjana għal xi raġuni waqa’ mal-art u miet fuq il-post.