Appell biex il-Gvern jagħmilha illegali li supermarkets jarmu l-ikel

Read in English.

L-għaqda Extinction Rebellion Malta qed tappella lill-Gvern sabiex jagħmilha illegali li s-supermarkets jarmu l-ikel.

Fi stqarrija, l-għaqda spjegat li l-ħela tal-ikel hija problema ambjentali u umana. Qalet li l-ikel jintrema b’mod regolari mis-supermarkets, minkejja li hemm bosta persuna li jinsabu jbagħtu l-ġuħ minħabba prekarjat u faqar.

Extinction Rebellion Malta rreferiet għal dak li għamel il-Gvern Franċiż rigward ir-rimi tal-ikel mis-supermarkets. Talbet sabiex issir mandatorja li oġġetti li setgħu jintremew jiġu mogħtija lil familji u individwi li għandhom bżonnhom. Ovvjament, dan jinkludi biss dawk l-oġġetti li ma skadewx.

Qalet li dan seta’ jsir permezz ta’ kooperazzjoni ma’ karitajiet u entitajiet, filwaqt li l-Gvern ikun jista’ jiffaċilità dan ix-xogħol billi jitrasporta l-ikel lill-foodbanks. B’dan il-mod, in-nefqa, li hija waħda żgħira, tkun issapportjata mil-Gvern.