Appell: “Attenti għat-tiżjin tal-festa!”

Arkivji

Read in English.

Maltese Islands Weather ħareġ twissija ta’ riħ qawwi, li ġie kkonfermat ukoll mill-Uffiċċju Meterjoloġiku tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta. Ir-riħ qawwi u frisk mill-Majjistral se jiżdied minn Forza 4 sa 7 illejla, u jerġa’ jikkalma għada, il-Ħamis filgħodu. Maltese Islands Weather avżaw biex joqgħodu attenti tal-festa, minħabba t-tiżjin delikat.

Ir-riħ se jżid illum, l-Erbgħa, bejn it-3pm u s-6pm, sa Forza 5/6. Imbagħad, bejn is-6pm u 12am, se jiżdied għal Forza 6/7. F’postijiet għoljin u fuq il-baħar, ir-riħ jista’ jilħaq Forza 8. Ir-riħ jerġa’ jtaffi l-Ħamis 15 ta’ Awwissu, għal Forza 4/5.

Din l-arja kiesħa se tkun qed tgħaddi minn fuq iċ-ċentru tal-Mediterran. Sadattant, roqgħa ta’ arja bi pressjoni għolja se żżomm posta fuq Franza. Dan se jwassal biex riħ qawwi u frisk mill-Majjistral jaffetwa lill-Gżejjer Maltin.

Il-baħar se jkun b’mewġ għoli 3.5 metri fl-aktar buffuri qawwija. Minkejja dan, is-servizz tal-Gozo Channel Line m’għandux ikun affetwat.