​APPELL: Agħti l-libsa tat-tieġ biex jitlibbsu t-trabi anġli

Ħafna huma dawk in-nisa Maltin, li jżommu l-libsa tat-tieġ bħala rikordju sentimentali taż-żwieġ tagħhom. Oħrajn jippruvaw idaħħlu xi ħaġa minnha u jaraw x’jagħmlu biex ibigħuha.
Ġest nobbli, li mhux daqstant popolari, huwa li tagħti l-libsa tat-tieġ biex minnha jsiru lbiesi għal trabi li jkunu mietu.
L-ilbiesi qed jinġabru minn Tracey Maria Jones-Harper, bl-għajnuna ta’ Cristina Barbara.
Wieħed jista’ jagħmel kuntatt magħhom fuq Facebook.