Aġġornata: Aktarx l-appartament ħa n-nar minħabba airconditioner

Kelliem għall-Membri tal-Protezzjoni Ċivili qalu ma’ Newsbook.com.mt li appartament ħa n-nar f’Tas-Sliema fi Triq Graham, li tkompli ma’ Triq Amery qrib ristorant.
Kelliema għall-Pulizija qalet lil dan is-sit li l-inċident seħħ għall-ħabta tas-6.15pm, xħin Franċiż ta' 35 sena, li joqgħod fl-appartament, avżahom bil-ħruq.
Aktarx li l-appartament ħa n-nar minħabba ħsara f'apparat tal-arja kkundizzjonata.
Il-Franċiż ma sofra ebda ġrieħi.
Il-Pulizija kkonfermaw ma’ Newsbook.com.mt li fuq il-post marru l-Membri tal-Protezzjoni Ċivili li kkontrollaw in-nar.
Ritratt: Arkivji