Filmat: Nirien f’appartament fil-Belt minħabba gijżer

Dalgħodu ħadd ma weġġa’ meta kien hemm nirien f'appartament residenzjali fi Triq il-Merkanti l-Belt Valletta.

Jidher li fil-ħin tal-inċident, fl-appartament kien hemm is-sid tal-post.

Fuq il-post marret ambulanza biex tagħti l-ewwel għajnuna hekk kif sid l-appartament kien qed ibati ftit min-nuqqas ta’ ossiġnu.

Il-ħaddiema tat-tifi tan-nar marru fuq il-post biex jikkontrollaw in-nirien.