Apparat minflok app tal-coronavirus għal dawk bla mowbajl f’Singapore

F’Singapore ġie introdott apparat li juża l-bluetooth biex jara fejn kienet persuna. Dan l-apparat huwa maħsub għal dawk in-nies li m’għandhomx mowbajl u għalhekk, ma jistgħux iniżżlu l-app tal-contact tracing tal-coronavirus.

Filwaqt li hemm xi tħassib fuq il-protezzjoni tal-informazzjoni tal-utenti, l-awtoritajiet ta’ Singapore qalu li hekk, in-nies vulnerabbli jistgħu jħossuhom aktar siguri meta joħorġu. Dan l-apparat, pereżempju, jgħin lill-anzjani jżommu rendikont ta’ fejn kienu u ma’ min iltaqgħu.

F’Malta tnediet app tal-contact tracing jumejn ilu. Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne llum ħabbar li l-app tniżżlet minn aktar minn 45,000 persuna f’temp ta’ jumejn.

Id-Direttur Reġjonali tal-WHO Hans Kluge feraħ lil Dr Fearne u t-tim tiegħu tas-suċċess ta’ din l-app.