Apparat ġdid tal-kanċer li se jiffrankalek milli ssiefer barra għal operazzjoni

Il-Ministru tas-Saħħa, Chris Fearne, ħabbar apparat ġdid f’Mater Dei li se jibda jiffranka lill-pazjenti milli jsiwefru sabiex jiċċekkjaw għandhomx kanċer tas-sider.
Huwa sostna li sas-sena l-oħra, dawk il-pazjenti li kienet tkun se ssirilhom bijopsija kienu jintbagħtu barra għal operazzjoni kbira, iżda issa l-intervent jista’ jsir Malta.
Il-Vacuum Assisted Breast Biopsy sewa €80,000, u bih il-bijopsija ddum mal-20 minuta mingħajr il-bżonn li jsiru l-ponti, iżda loppju lokali jkun biżżejjed.
Quddiem id-Dipartiment tal-Medical Imaging, Fearne irrimarka li fl-aħħar snin sar investiment f’dan id-dipartiment, fosthom b’MRI u CT Scan ġdida u Biplane Angio Suite.