Gasco Energy Ltd qed terġa’ tittestja ċ-ċilindri tal-gass LPG f’Malta, bl-apparat il-ġdid li għadu kif ġie installat fil-faċilità l-ġdida tal-kumpanija f’Bengħajsa.
F’din il-faċilità li swiet €20 miljun, il-kumpanija taħżen u tibbottilja l-LPG li timporta.
Qabel, sabiex tkun żgurata s-sigurtà fl-użu taċ-ċilindri, iċ-ċilindri tal-Liquigas kienu jintbagħtu l-Italja għall-ittestjar.
L-ittestjar taċ-ċilindri jinvolvi spezzjoni taċ-cilindru u prova tal-pressa bl-użu tal-ilma.
Iċ-ċilindri jinżebgħu ukoll mill-ġdid b’teknika moderna ta’ ‘powder coating’ li ma tagħmilx ħsara lill-ambjent. F’dan il-proċess, iċ-ċilindri sofor kollha li fadal qed jinbidlu għall-kulur aħdar tal-Liquigas.