Apparat ġdid f’Kordin se jwassal għall-evitar ta’ strip searches – Ministeru

Apparat ġdid li issa jinsab għall-użu tal-ħaddiema tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin se jwassal għall-evitar li persuni jiġu sottomessi għal strip searches. Dan tħabbar mill-Ministru għall-Intern Michael Farrugia meta tkellem dwar body scanners u baggage scanners li nxtraw biex tissaħħaħ is-sigurtà fl-istess faċilità.

Il-Ministru spjega li dawn ġew installati ma’ kull entratura tal-Faċilità filwaqt li ġew imħarrġa 30 uffiċjal sabiex jużaw dan l-apparat ġdid. Qal li dan l-apparat se jagħmilha faċli sabiex jiġu identifikati oġġetti li huma projbiti li jidħlu fl-istess faċilità. Fost l-oħrajn semma mobiles kif ukoll droga illiċita.

Qal li flimkien mal-Ministru għas-Saħħa ħadem sabiex tinbidel il-liġi u b’hekk kull sustanza titqies illegali sakemm mhux diġà mniżżla fi skeda mediċinali.