Apparat fiċ-Ċittadella f’każ ta’ attakk tal-qalb

Fl-entratura l-qadima taċ-Ċittadella f’Għawdex, ġie inawgurat l-ewwel  public access defibrillator fil-gżejjer Maltin.
Is-Segretarju Ġenerali tal-Emergency Response and Rescue Corps Etienne Micallef spjega li defibrillator huwa strument elettroniku li jagħti xokk elettriku lill-qalb meta persuna ssofri minn attakk tal-qalb.
Micallef qal li d-defibrillator ġie installat fiċ-Ċittadella peress li huwa post frekwentat minn ħafna nies. Żied jgħid li f’każ ta’ attakk tal-qalb, kull sekonda tgħodd u apparat bħal dan fil-viċinanza tkun ta’ benefiċċju.
Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana stqarret li dan il-proġett ġie ffinanzjat minn skema għall-għaqdiet non-governattivi għall-proġetti f’Għawdex. Ħabbret li skema simili se titħabbar fil-ġimgħat li ġejjin.
Ritratt: MGOZ