Apparat biex titkejjel id-daqqa ġor-ras

Illum il-ġurnata it-teknoloġija saret is-soluzzjoni għall-problemi li l-bniedem ma jistax jasal biex isolvi waħdu. 
Esperti fil-mediċina, qed jiskopru f’aktar dettal l-effetti negattivi li konkussjoni, jew aħjar, caqliq f’daqqa tal-moħħ, tista’ tħalli fuq il-bniedem.  L-aktar persuni li huma vulnerabbli għal konkussjoni huma l-atleti li jiprattikaw ċertu sports.
L-Istitut Awstraljan tal-Isports qed jaħdem fuq apparat, li jindika kemm hija kbira d-daqqa fuq il-moħħ u b’hekk, ix-xjentisti jistabbilixxu l-konsegwenzi kemm huma gravi.
Din l-għodda hija ċkejkna ħafna u titpoġġa fl-apparat protettiv għar-ras tal-atleta.
Ħafna mill-atleti li matul il-karriera sportiva tagħhom jaqilgħu daqqiet go rashom, jispiċċaw biex ikollhom problemi aktar ‘l quddiem.  Dawn ivarjaw minn uġiegħ ta’ ras, problemi fil-vista, għejja u sensittività għad-dawl.