App għall-ġenituri biex it-tfal iwieġbu bilfors il-mowbajl

Omm ħolqot app li permezz tagħha binha jkun mġiegħel iweġibha meta ċċempillu.
Sharon Standifird minn Texas iddejqet tinkwieta fuq binha li ma jweġibx it-telefonati u l-messaġġi tagħha. Wara li għamlet ftit riċerka ltaqgħet ma' persuna li tiżviluppa l-apps u flimkien ħolqu l-app Ignore No More.
L-app għandha l-faċilità li titfi l-mowbajl tal-persuna, sakemm hu jċempel lura lill-ġenituri.  Biex jerġa' jixgħel il-mowbajl, iben Sharon ikollu bżonn il-password, li ommu biss taf. Il-mowbajl ikun jista' jintuża biss f'każ t'emerġenza.
Sharon, li għamlet żmien isservi bħala suldat fil-gwerra fl-Iraq, qalet li din l-app għenitha tkun f'kuntatt ma' binha