App ġdida għall-anzjani li jridu relazzjoni

Madwar tlieta minn kull għaxar trabi li twieldu bejn l-1946 u l-1964 mhumiex f’relazzjoni.
Applikazzjoni ġdida Stitch għandha l-għan li tnaqqas din ir-rata billi tipprovdilhom relazzjoni.
Dan se tagħmlu billi tlaqqa’ persuni anzjani ma’ oħrajn interessati f’attivitajiet bħal wine tasting jew ċinema.
Biex wieħed juża din l-app irid jgħaddi minn proċess ta’ verifikazzjoni li jinkludi li tiskenja l-liċenzja tas-sewqan u tagħti l-aċċess għaliha lill-kumpanija.
Wara li jivverifikawha tkun tista’ tiċċettja ma’ persuni oħra qabel ma tiltaqa’ wiċċ imb wiċċ.
L-utenti jistgħu wkoll jidħlu fi gruppi lokali u jippjanaw xi safra, jitkellmu fil-forum jew ifittxu fil-profili ta’ xulxin.
Il-moħħ wara din l-app spjegat li ġiet ispirata mill-osservazzjoni tagħha tal-anzjani fl-Istati Uniti u qalet li l-anzjani jħossuhom li qed idejqu l-qraba tagħhom u li ma għandhomx skop ħlief li jistennew li jmutu. Stqarret li dan mhux mod ta’ kif nittrattaw lil dawn in-nies.  
Din l-app tidher li kienet suċċess, hekk kif minn Ottubru li għadda sa issa l-utenti żdiedu b’7,000 għal 25,000 utent.