App ġdida biex issib in-negozju li għandek bżonn

Green Pops Ltd ħabbret li għadha kemm nediet app ġdida tal-mowbajl.
L-app, LOC8, tagħti l-opportunità lil dawk li jużawha biex ifittxu kwalunke tip ta’ negozju fi kwalunke ħin u kwalunke post.
Permezz ta’ din l-app wieħed jista’ jsib negozji, ħwienet jew saħansitra prodotti lokali kif ukoll internazzjonali.
LOC8 tipprovdi lill-utent bi profil sħieħ tan-negozju li jkun fittex, inkluż id-dettalji biex wieħed jagħmel kuntatt, ħolqa għal midja soċjali, ritratti, filmati kif ukoll messaġġi diretti man-negozju stess.
Wieħed jista’ jniżżel l-app minn fuq l-Apple Store jew Google Play Store mingħajr ħlas.