App fl-Ukraina tidentifikalek prodotti Russi ħalli ma tixtrihomx

App ġdida fl-Ukraina li tgħidlek prodott ġiex magħmul fir-Russja jew le qed issir dejjem iktar popolari.
Din l-app, li jisimha ‘Boycott the Occupiers’ taħdem billi tpoġġi l-mobile quddiem il-barcode tal-prodott, li mbagħad jindikalek f’liema pajjiż ġie magħmul il-prodott. F’każ li prodott ġie magħmul fir-Russja, l-app tgħidlek biex ma tixtriehx.
S’issa l-app ġiet installata bejn 10,000 u 50,000 darba.
Uħud sostnew li din tista’ twassal għal iktar tensjoni bejn iż-żewġ pajjiżi.