App b’mappa dwar servizzi għal vetturi elettriċi

Applikazzjoni li tista’ titniżżel minn Google Play, App Store jew anke mill-internet tagħti informazzjoni mill-iktar utli għal dawk li jużaw vetturi elettriċi.
L-“Electromobility Interactive Map”, li għaliha ngħataw fondi mill-UE, tagħti dettalji dwar fejn jinsabu charging points għall-vetturi elettriċi, ħwienet elettroniċi u postijiet ta’ servizzi f’diversi bliet madwar l-Ewropa, inkluż f’Malta.
Il-mappa hi parti mill-proġett Electric City Transport jew Ele.C.Tra.
L-iskop aħħari ta’ din l-app hu li, fuq medda ta’ snin, tgħin lil diversi pajjiżi, inkluż lil Malta biex tilħaq il-miri ambjentali tagħha dwar il-bidla fil-klima u l-kwalità tal-arja billi tiffaċilita l-użu ta’ vetturi elettriċi.