Nippreferi ma jkolli x’naqsam xejn ma’ kumpaniji bħal Nexia BT – Herrera

Miguela Xuereb

Read in English.

Il-Ministru għall-Kultura José Herrera u l-Editur Maniġerjali tal-MaltaToday xehdu llum fl-inkjesta pubblika fl-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Xi spikka mix-xhieda ta’ Josè Herrera?

  • Dwar il-bejgħ tal-isptarijiet lill-VGH: Id-dokument dwar it-triq ‘il quddiem kien ippreżentat lill-Kabinett minn Konrad Mizzi, dakinhar Ministru għas-Saħħa
  • “Kont għedtlu li Konrad Mizzi u Keith Schembri għandhom jirriżenjaw” – Herrera lil Joseph Muscat waqt laqgħa individwali wara li ġew żvelati l-Panama Papers
  • Nippreferi ma jkolli x’naqsam xejn ma’ kumpaniji bħal Nexia BT

Xi spikka mix-xhieda ta’ Saviour Balzan?

  • “Minn għaxar stejjer, tlieta jkunu brillanti filwaqt li l-bqija Daphne ma setgħetx tagħti provi”
  • Jgħid li Muscat ċempillu u qallu li l-istejjer dwar Egrant huma “fairtales”.
  • Qal li l-ġurnalisti llum iżommu lura milli jiktbu ċerti stejjer għax jibżgħu għal ħajjithom.

Illum kellu wkoll jixhed Paul Apap Bologna, wieħed mis-sidien tal-Electrogas iżda x-xhieda tiegħu se tinstema’ f’seduta oħra.

It-Tnejn xehed ukoll Mark Gasan li huwa wkoll wieħed mis-sidien tal-Electrogas.

Aqra x’intqal fil-Qorti minuta b’minuta:

17:00 Grazzi talli segwejtuna.
Beppe Galea
16:52 Is-seduta li jmiss hija ppjanata għal nhar il-Ġimgħa fid-9.30am.
Beppe Galea
16:50 Balzan jikkonkludi x-xhieda tiegħu billi qal li l-ġurnalisti llum iżommu lura milli jiktbu ċerti stejjer għax jibżgħu għal ħajjithom.
Beppe Galea
16:48 Balzan jgħid li r-reviżjoni tal-liġi li tirregola l-midja, rat avukati mill-MaltaToday u t-Times of Malta jaħdmu flimkien fuq il-qafas.

Huwa qal li wieħed mill-punti fl-Att dwar il-Midja u l-Malafama jipprovdi għall-medjazzjoni fl-ewwel istanza qabel ma jiġi mħarrek persuna. Qal li dan mhux qed jiġi applikat.

Dakinhar ktibt lill-Prim Imħallef Ewlieni u lill-IGM dwar dan.
Beppe Galea
16:46 Jgħid li ħafna mit-theddid ta' SLAPP li rċeviet il-MaltaToday kienu relatati ma' stejjer dwar persuni li xtraw iċ-ċittadinanza Maltija.
Beppe Galea
16:45 Mistoqsi dwar SLAPP, Balzan jgħid li bosta istituzzjonijiet finanzjarji prominenti se jfittxu li jiftħu kawża.

Huwa rrimarka li l-Editur ta' LuxLeaks spiċċa għamel xi żmien il-ħabs.
Beppe Galea
16:44 Jisħaq li ma hemmx rieda politika biex tissolva s-sitwazzjoni tal-midja.
Beppe Galea
16:43 Ix-xhud jgħid li l-media house tiegħu hija l-unika waħda li ma tieħux Covid-19 Wage Supplement.
Beppe Galea
16:42 Balzan jgħid li l-midja teħtieġ tkun aktar kolleġġjali, b'ġurnalisti jaħdmu flimkien u aktar aċċess għall-informazzjoni.
Beppe Galea
16:40 Balzan: "Jinstabu ostakli ma' kull gvern. Meta nitkellem dwar l-amministrazzjoni preżenti, ma naħsibx li hemm nies li jkunu lesti li jagħmlu affarijiet bħal dawn,"
"Intrinsikament kull gvern mhuwiex trasparenti. F'pajjiżi oħra, huwa fid-dominju pubbliku li hemm investigazzjoni kriminali dwar persuna. F'Malta, mhuwiex,".
Beppe Galea
16:38 Balzan jibda jispjega: "Il-midja indipendenti qed taħdem flimkien biex tippubblika ċerti stejjer għal kollox fl-istess ħin," jibda jispjega Balzan.

"Dawk li ordnaw l-assassinji għadhom hemm. Hemm xnigħat li hemm tliet bombi – waħda użata fil-każ ta' bomba, waħda ntużat fuq Caruana Galizia u t-tielet waħda ma ntużatx".
Beppe Galea
16:38 Il-Prim Imħallef Mallia jistaqsi dwar it-trattament tal-ġurnalisti.
Beppe Galea
16:37 Il-Prim Imħallef Emeritu jgħid li Balzan ġie msejjaħ biex jixhed wara li l-gazzetta tiegħu ġiet ippreżentat bħala parti mill-atti ta' din l-inkjesta pubblika.
Beppe Galea
16:34 Balzan jgħid li mill-evidenza li saret magħrufa sal-lum, Caruana Galizia saret taf b'Egrant meta kienet qed tingħalaq u li kellha raġun tgħid dak li kellha dwar l-iskop ta' Egrant meta wieħed iħares lejn il-mod kif intużaw proġetti oħra.

"Jiena naħlef fuq uliedi li dan kollu huwa fairytale," Balzan qal li Muscat qallu hekk bit-telefown u żied jgħid li Muscat kien raġel elokwenti.
Beppe Galea
16:33 Balzan: "Minn għaxar stejjer, tlieta jkunu brillanti filwaqt li l-bqija hi ma setgħetx tagħti provi,"
Beppe Galea
16:32 Il-PM ċempilli biex jipprova jikkonvinċini dwar Egrant," qal Balzan. Huwa rrimarka li kulħadd jagħmel dan.
Beppe Galea
16:31 Balzan qal li hemm fost 40 sejħa mill-gazzetta tiegħu biex Mizzi u Schembri jirriżenjaw, u rrimarka li Caruana Galizia ppruvat turih bħallikieku kien qed jipprova jiddefendi l-Gvern.
Beppe Galea
16:30 L-editur maniġerjali jispjega li meta Schembri kien ċempillu ma setax jisimgħu għax kien fuq dgħajsa li kienet qed taqsam minn gżira fi Franza.
Beppe Galea
16:29 Balzan jgħid li filwaqt li jista' jidher bħala konspirazzjoni, huwa jemmen li kienu s-servizzi tas-sigurtà li pprovdewha bi ftit informazzjoni.
Beppe Galea
16:27 Balzan: "Dak iż-żmien kont ċċekkjajt u ddeċidejt li nsejjaħ dak li qalet hi bħala bluff. Jien ċaħadt li t-telefonata seħħet. X'kien ħażin li jkolli telefonata ma' Chief of Staff? Tkellimt ma' diversi Prim Ministri u Chief of Staff fil-karriera tiegħi".
Beppe Galea
16:26 Balzan jgħid li kellhom relazzjoni ħażina ħafna u kien jirrifjuta li juża isimha.
Beppe Galea
16:25 L-Imħallef Mallia tistaqsi dwar it-telefonata bejn Saviour Balzan u Keith Schembri fl-2017.

Balzan jgħid li huwa jħossu daqsxejn imfixkel u offiż meta jiġi mistoqsi din il-mistoqsija. Huwa jżid li issa għandu jiżvela li mar hemm darbtejn u ta x-xhieda.
Beppe Galea
16:24 L-Editur Maniġerjali ta' MaltaToday Saviour Balzan jitla' jixhed.
Beppe Galea
16:22 Tintemm ix-xhieda ta' José Herrera.
Beppe Galea
16:20 Waqt li wieġeb għall-mistoqsija tal-Prim Imħallef Emeritu, Herrera qal li Muscat kien irriżenja minn Prim Ministru u qal lil sħabu l-Membri Parlamentari li kien minħabba l-arrest taċ-chief of staff tiegħu u l-arrest ta’ negozjant involut f’negozju prominenti.
Beppe Galea
16:16 Dr Azzopardi jistaqsi dwar l-istat tal-finanzjament tal-partiti politiċi u jekk jaqbilx magħha.

"Huwa għaqli ħafna li tibdilha, fil-prinċipju kull partit għandu jkollu awtonomija mill-influwenza".
Beppe Galea
16:14 Azzopardi jirreferi għal-lista tax-xhieda mħejjija mis-suspettat Vince Muscat (il-Koħħu) qabel il-proċess pendenti li fuqu implika lil Joseph Muscat, Keith Schembri u Owen Bonnici.

Herrera jgħid li ma ngħataw l-ebda spjegazzjoni.
Beppe Galea
16:14 Azzopardi: Qatt staqsejt x'kien jagħmel Schembri fid-dar ta' Muscat lejlet l-arrest tiegħu?

Herrera: Biex inkun onest, ma kontx dħalt f'dik il-kwistjoni.
Beppe Galea
16:12 Azzopardi: Il-Kummissarju informa lill-membri tal-kabinett dwar l-allegazzjonijiet ta' korruzzjoni mwettqa minn Yorgen Fenech waqt li kien qed jiġi interrogat?

Herrera: Qed nimxu fuq il-linja. Ma nistax nidħol f'dak li ġie diskuss fil-kabinett.
Beppe Galea
16:11 Herrera jgħid li ma rċieva l-ebda messaġġ fuq WhatsApp minn Keith Schembri waqt li kienet għaddejja dik il-laqgħa tal-kabinett partikolari. Ma jafx jekk ħaddieħor irċeviex.

Il-Kummissarju tal-Pulizija u l-Ispettur tal-Pulizija Keith Arnaud kienu preżenti għal-laqgħa tal-kabinett. F'xi punt, l-Avukat Ġenerali daħal ukoll fil-laqgħa.
Beppe Galea
16:09 Dr Azzopardi jistaqsi dwar il-laqgħa tal-kabinett li saret fit-28 ta’ Novembru.

Herrera: "Normalment meta Prim Ministru joħroġ, id-Deputat Prim Ministru jippresjedi l-laqgħa. M'inix ċert jekk Chris Fearne kienx diġà Deputat Prim Ministru f'dak iż-żmien. Imma jien nassumi li Fearne ppresieda l-laqgħa".
Beppe Galea
16:09 Herrera jgħid li t-talba ta' Theuma għal maħfra presidenzjali qatt ma dehret fuq l-aġenda tal-Kabinett.
Beppe Galea
16:08 L-Avukat Azzopardi jistaqsi dwar it-talba ta’ Melvin Theuma għall-maħfra presidenzjali u x’kienet id-differenza mit-talba ta’ Fenech.

Herrera jgħid li t-talba ta' Theuma qatt ma ġiet diskussa fil-Kabinett. Jisħaq li din kienet deċiżjoni li ttieħdet minn Muscat waħdu.
Beppe Galea
16:08 Herrera jgħid li sar jaf dwar l-elezzjoni kmieni fil-ġurnata li ġiet imħabbra.
Beppe Galea
16:06 Azzopardi: "Jista' jagħti l-każ li wara l-2016, iddeċidejt li żżomm 'il bogħod mid-ditta wara li ħarġu l-Panama Papers?"

Herrera jikkonferma li jippreferi li ma jkollu xejn x'jaqsam ma' kumpaniji bħal dawn.
Beppe Galea
16:05 "Ma kontx naf lill-individwi li jmexxu Nexia BT. Kelli awdituri hemm. Meta kont segretarju parlamentari fil-Ministeru tal-Ekonomija kien hemm ditta oħra tal-awditjar li kont nafda fiha. Iltqajt ma' ħafna minn dawk involuti meta kont responsabbli għal servizzi finanzjarji."
Beppe Galea
16:03 Dr Azzopardi jistaqsi dwar direct orders mogħtija lil Nexia BT u jekk kienx hemm raġuni għal dan. Huwa jinnota li l-ministeru mmexxi minn Herrera kien fin-naħa t'isfel tal-lista meta kien qed iħares lejn ordnijiet diretti.
Beppe Galea
16:01 "Fuq Muscat, ħa ngħid ftit affarijiet. Huwa kiseb rispett u rnexxielu jorganizza mill-ġdid il-partit. Fl-aħħar, iżda, għamel ċerti żbalji u li għalihom kellu jħallas prezz politiku. Nirrikonoxxi l-qawwiet tiegħu Li ma tkeċċiex lil Konrad Mizzi u lil Keith Schembri meta kellu jagħmel dan irriżulta li kien l-akbar żball li kellu jerfa' r-responsabbiltà tiegħu."
Beppe Galea
15:59 Herrera qal li l-kuntest inbidel u dan kien skop ta' kastig.
Beppe Galea
15:58 Dr Azzopardi jistaqsi x'inbidel minn May 2017 għal June 2020 meta Mizzi l-ewwel ingħata vot ta' fiduċja iżda imbagħad ġie vvutat barra mill-partit tiegħu stess.
Beppe Galea
15:57 Herrera: "Biex inkun onest miegħek ma naħsibx li qatt kienet fuq l-aġenda tal-Kabinett."
Beppe Galea
15:56 L-Avukat Azzopardi jibda jistaqsi lix-xhud.
Azzopardi jistaqsih dwar il-monument quddiem il-Qorti u jekk it-tindif tiegħu kienx diskuss fost id-deputati tal-Gvern.
Beppe Galea
15:55 Dr Comodini Cachia tistaqsi jekk ħax deċiżjoni dwar dan wara l-laqgħa tal-Kabinett li damet sitt sigħat.

Herrera qal li ma jistax jidħol fid-detttall ta' x'jingħad fil-laqgħa tal-Kabinett.
Beppe Galea
15:50 Herrera jiġġustifika l-ingaċċ tas-sigurta privata peress li huwa kien persuna pubblika u ried ineħħi l-inċidenza ta' xi ħaġa mhux neċessarja.
Beppe Galea
15:44 Dr Comodini Cachia tistaqsi lil Herrera jekk hu kienx staqsa għar-riżenja ta' dawk involuti jew jekk staqsix li jkun hemm diskussjoni f'livell ta' Kabinett wara r-rapporti tal-FIAU dwar Mizzi u Schembri.

Herrera jgħid li hu ma rax dawn ir-rapporti. Żied jgħid li għandu fiduċja fl-istituzzjonijiet li jaħdmu b'mod indipendenti.
Beppe Galea
15:42 Herrera: "Smajt li l-PM kien tradut kemm-il darba. U min qal hekk kellu raġun."

Jispjega kif jekk individwi jiġu ħatja għal xi ħaġa dwar allegazzjonijiet serji, allura hekk jitradixxu l-fiduċja tal-PM.
Beppe Galea
15:41 Herrera jgħid li l-PM ta' dak iż-żmien ħass li jerfa' r-responsabbilta u jirrienja.
Beppe Galea
15:40 Herrera qal li dwar l-uffiċjali għolja li qed jiġu investigati huwa sar jaf mid-dominju pubbliku għax ma kellhu l-ebda tagħrif minn ġewwa. Qal li dan japplika wkoll għal dak li sar jaf dwar Fenech.
Beppe Galea
15:39 Herrera qal li mhux kulħadd li kien involut fil-proġett huwa ħati ta' xi ħaġa ħażina.
Beppe Galea
15:38 Il-Prim Imħallef Emeritu rrefera lil Herrera għall-kumment tiegħu li l-armonija ma kinitx l-istess wara li ġew żvelati l-Panama Papers.

Herrera wieġeb u qal li l-allegazzjonijiet inkwetawh.
Beppe Galea
15:36 Herrera qal li sar jaf dwar l-involviment ta' Yorgen Fenech fl-assassinju meta ġie arrestat jew ftit ġranet qabel meta kien hemm spekulazzjonijiet qawwija dwar l-involviment tiegħu.

Herrera qal lil Qorti li ma jfissirx li spekulazzjoni ma tkunx veru imma ma kienx hemm evidenza sostanzjali.
Beppe Galea
15:35 "Min kien wara dan l-investiment jew min kienu l-bidders potenzjali ma ġewx imsemmija fil-preżentazzjoni".
Beppe Galea
15:34 Comodini Cachia tistaqsi dwar il-preżentazzjoni li saret qabel l-elezzjoni tal-2013 dwar il-power station.

Herrera qal li l-preżentazzjoni dehret li kienet ippreparata minn esperti tekniċi minħabba d-dettall li kellha. Ma kellnix idea min seta' ppreparaha.
Beppe Galea
15:31 "Keith Schembri ma kienx preżenti meta l-Kabinett iddiskuta t-talba ta' Yorgen Fenech għal maħfra presidenzjali għaliex kien x'imkien ieħor". Herrera jgħid ukoll li anke Muscat kien ħareġ mil-laqgħa waqt din id-diskussjoni.
Beppe Galea
15:31 Herrera żied jgħid li dawn is-suġġetti kienu "ovjament diskussi" fil-Kabinett.
Beppe Galea
15:28 Dr Comodini Cachia tistaqsi lil Herrera jikkonfermax jekk Schembri u Mizzi kienux preżenti waqt il-laqgħa tal-kabinett li fiha ġew diskussi r-rapporti tal-FIAU u l-Panama Papers.

Herrera li jidher li kien skomdu jikkonfermax jew le qal li huwa kien diġa qal li Mizzi kien ikun preżenti u anke Schembri.
Beppe Galea
15:25 Mistoqsi jekk qattx ikkonfronta lil Konrad Mizzi dwar dak żvelat fir-rapporti tal-FIAU, Herrera qal li ma kellux relazzjoni soċjali partikolari ma' Mizzi.
Beppe Galea
15:24 Herrera jispjega li ma kienx jaf lil Konrad Mizzi u sar jafu biss fil-kampanja peress li kien ġdid fil-politika.
Beppe Galea
15:23 Il-Ministru Herrera spjega li l-kelliema tal-Ministeri għandhom ħafna xogħol u li fejn hu possibli jrid isir aktar koordinament mal-Gvern ċentrali.
Beppe Galea
15:22 Qal li s-sistema m'għadhiex titħaddem imma kienet waħda effiċjenti.
Beppe Galea
15:21 Herrera jiċċara li l-kelliema kienu jikkordinaw ix-xogħol ma' Farrugia iżda s-superjur tagħhom kien ikun il-Ministru.
Beppe Galea
15:20 Herrera qal li Kurt Farrugia kien responsabbli mill-kelliema tal-Gvern.
Beppe Galea
15:18 Mistoqsi dwar il-ħatriet tal-OPM fid-diversi Ministeri, Herrera spjega li għalkemm fuq il-karta tidher "suspettuża", kienet immirata għal aktar koordinament. Irrimarka li hu kien issuġerixxa lill-persuna li kienet f'din il-kariga fil-Ministeru tiegħu.

Qal li s-sistema issa m'għadhiex topera u issa għandu lil xi ħadd tal-fiduċja tiegħu.
Beppe Galea
15:17 Herrera jgħid li ma kienx iċis lilu nnifsu bħala konfidant ta' Muscat, billi jispjega li ma kellux relazzjoni personali jew intima miegħu.
Beppe Galea
15:16 "Joseph Muscat kien jippresedi l-laqgħat tal-Kabinett b'manjiera kordjali ħafna. Dan billi jagħti lill-membri ċans biżżejjed biex jesprimu l-oppinjoni tagħhom. Kien ikun ukoll miftuħ li jbiddel l-oppinjoni tiegħu. Kien juri kortesija fil-konfront lejja."
Beppe Galea
15:14 Herrera jgħid li huwa qatt ma uża t-terminu "il-kabinett tal-kżina". Ippressat aktar dwar dan, Herrera qal li Muscat kien jafda ħafna liċ-Chief of Staff tiegħu.

"Minħabba li Konrad kien imexxi entita li kellha proġetti kbar, b'portafoll kbir, nifhem li Muscat kien jafdah ħafna ukoll. Ma nafx b'oħrajn."
Beppe Galea
15:12 Comodini Cachia tistaqsi dwar "il-kabinett tal-kċina". Tirreferi għat-tweġiba li ta l-ewwel Herrera u tistaqsih dwar il-kumplament tal-konfidanti ta' Muscat.
Beppe Galea
15:12 L-Avukat Therese Comodini Cachia tibda tistaqsi l-mistoqsijiet.
Beppe Galea
15:11 Herrera jitkellem dwar dawk li jattendu l-laqgħat tal-Kabinett, isemmi lil Robert Abela u lil Louis Grech li kienu jattendu bħala advisors.
Beppe Galea
15:11 "Ir-reazzjoni tiegħu kienet ta' diżgust. Mhix aċċettabbli. Fl-oppinjoni tiegħi din kienet waħda mill-agħar ġrajjiet għal pajjiżna. Onestament jien dispjaċut. L-istess sentiment kien espress mill-kollegi tiegħi."
Beppe Galea
15:09 Herrera jgħid li dak il-ħin li spoldiet il-bomba hu kien mas-segretarjat tiegħu fil-Ministeru.
Beppe Galea
15:08 Il-Prim Imħallef Emeritu jistaqsi dwar ir-reazzjoni tal-Kabinett għall-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.
Beppe Galea
15:05 Il-Prim Imħallef Emeritu jistaqsi lil Herrera dwar id-driect order biex jimpjega lis-sigurta privata.

"Kien hemm ċerta klima u ħassejt li għandi nkun pro-attiv għax ma kontx naf kif kienet se tiżviluppa s-sitwazzjoni. Ma kienx hemm theddida diretta fil-konfront tiegħi. Kienet bħala prekawzjoni".
Beppe Galea
15:04 "Jien politiku li ninsab qrib tal-kostitwenti. Ma ġejtx elett mill-istrutturi tal-partit" Herrera jisħaq dan filwaqt li jgħid li ma kienx jaf bi Schembri qabel ma daħal fl-istrutturi tal-partit.
Beppe Galea
15:03 "Qatt ma kont viċin tiegħu" – Herrera jinsisti dan filwaqt li jgħid li kien sar jaf lil Keith Schembri fil-kampanja tal-elezzjoni ġenerali tal-2013.
Beppe Galea
15:02 "Il-poteri ta' Chief of Staff jew segretarju privat jingħataw mill-persuna li tagħtih il-fiduċja".
Herrera jżid jgħid li wieħed irid jistaqsi lill-eks Prim Ministru dwar il-poteri ta' Schembri.
Beppe Galea
15:01 "Ma kontx viċin Keith Schembri", Herrera jfakkar kif dan l-irwol mhux ipprovdut mill-Kostituzzjoni.
Beppe Galea
15:00 Herrera qal li mill-midja sar jaf li Schembri kien involut fin-negozju ma' Fenech.
Beppe Galea
14:58 Herrera qal li kien jaf aktar dwar Fenech mill-midja.
Jgħid li hu bħala Ministru jmur fl-OPM darba fil-ġimgħa għal-laqgħat tal-Kabinett.
Qal li qatt ma ra lil Fenech f'Kastilja iżda qal li seta' kien x'imkien fil-bini.
Beppe Galea
14:57 Il-Prim Imħallef Emeritu jistaqsi kif wieħed jista' jinsisti li jibqa' ċ-Chief of Staff meta l-ħidma tiegħu tirrifletti fuq il-Gvern kollu.

Herrera qal li hu ma jafx lil Yorgen Fenech u kien iltaqa' miegħu darba fil-ftuħ ta' stabbiliment tal-logħod meta kien responsabbli mill-iGaming.
Beppe Galea
14:56 Herrera: "Dwar il-Panama Papers qam furur li wassal biex il-PM jitlob parir tal-Ministri wieħed wara l-ieħor."
Beppe Galea
14:55 Herrera qal li meta ġie żvelat sid il-kumpanija 17 Black, "dakinhar kien il-bidu ta' rollercoaster".
Beppe Galea
14:54 Herrera qal li l-informazzjoni li kellu kien iġibha mid-dominju pubbliku.
Beppe Galea
14:53 Il-Prim Imħallef Emeritu jirrimarka li Herrera kien wieħed mill-aktar vuċijiet voċiferi fil-Kabinett ta' Novembru/Diċembru li għadda.
Herrera jwieġeb u jgħid li wara l-arrest ta' ċertu persuni l-Kabinett irreaġixxa wara build-up.
Beppe Galea
14:52 Herrera żied jgħid li jew tivvota mal-Gvern jew tirriżenja. Qal li kieku rriżenja kien ikun tilef il-vuċi.
Beppe Galea
14:51 Herrera jispjega li Malta wirtet sistema parlamentari Ingliża.

Irrimarka li l-Membri Parlamentari huma suġġetti għall-ordnijiet tal-Whip u kif il-vot ta' fiduċja ma kienx ingħata free vote.
Beppe Galea
14:50 L-Imħallef Lofari jistaqsi dwar il-vot ta' fiduċja f'Mizzi u kif dan kellu x'jaqsam mat-tħassib dwar il-Ministru.
Beppe Galea
14:49 Herrera qal li l-kritika seħħet fil-pubbliku iżda fil-Kabinett il-Prim Ministru għandu l-prerrogattiva.
Beppe Galea
14:48 L-Imħallef Lofaro tikkumenta li l-Ministru Mizzi kien tneħħielu l-portafoll iżda baqa' bħala Ministru.
Beppe Galea
14:47 L-Imħallef Mallia: Kellhom jgħaddu erba' snin biex jittieħdu passi dwar il-Panama Papers?

Herrera qal li uħud mill-inkjesti damu aktar milli suppost. Qal li jemmen li ċerti inkjesti għandhom jiġu konklużi u qal li jifhem li r-riżorsi jkunu limitati.
Beppe Galea
14:46 Herrera qal li mhux qiegħed quddiem l-inkjesta biex jiddefendi lil xi ħadd.
Beppe Galea
14:43 Herrera qal li "fuq il-karta almenu" għandu fiduċja fl-istituzzjonijiet Maltin għalkemm qal li mhumix perfetti.
Żied jgħid ukoll li trid tingħata biżżejjed importanza lir-rapporti tal-NAO.
Beppe Galea
14:42 Qal li l-iskema ġġenerat il-ġid u saħaq li ma jkunx għaqli li titneħħa.
Beppe Galea
14:41 Herrera jfakkar fl-issettjar ta' kumpanija offshore li dak iż-żmien kienet kontroversjali.

Qal li proġett kontroversjali ma jfissirx li a priori huwa ħażin imma li ġeneralment l-implimentazzjoni tiegħu tkun ħażina.
Beppe Galea
14:39 Dwar il-bejgħ tal-passaporti, Herrera qal li fil-programm elettorali kien hemm proposta li tgħid li l-Gvern Laburista jaħdem biex iġib aktar investiment finanzjarju lejn Malta.

Irrimarka li l-potenzjal tal-manifattura f'Malta kien naqas.
Beppe Galea
14:37 Herrera qal li l-AUM kien proġett kontroversjali ieħor. Qal li dak iż-żmien, il-proġett kien kontroversjali minħabba l-impatt ambjentali. Qal li dak iż-żmien jistqarr li ma kellux l-informazzjoni li wara ħarġet fil-pubbliku.

Qal li kellu r-riservi mill-aspett ambjentali u ħadem biex jinkludi art f'part naturali biex tikkumpensa.
Beppe Galea
14:36 Mistoqsi dwar l-Universita Amerikana ta' Malta, Herrera qal li sakemm jiftakar hu, l-AUM ma kinitx parti mill-programm elettorali iżda qal li l-Gvern mhux illimitat mill-manifest.
Beppe Galea
14:35 Muscat kien tkellem mal-membri kollha tal-Kabinett f'laqgħat separati wara li ġew żvelati l-leaks.

Għall-mistoqsija tal-Imħallef Lofari dwar il-parir li kien ta lill-PM Muscat, Herrera wieġeb hekk: "Kont għidtlu li l-Ministru u ċ-Chief of Staff għandhom jirriżenjaw".
Beppe Galea
14:34 Herrera qal li kien sar jaf bl-involviment ta' Mizzi u Schembri fil-Panama Papers mill-midja.
Beppe Galea
14:34 Mistoqsi dwar ir-rapporti tal-FIAU, Herrera qal li kif kien semma, l-armonija fil-Kabinett ma kinitx l-istess.
Beppe Galea
14:33 Herrera jisħaq li jekk kien hemm nies li aġixxew b'"mal fede" għandhom iwieġbu għall-azzjonijiet tagħhom. Huwa qal dan fl-istess ħin li qal li ma jfissirx li kien hemm nies bħal dawn.
Beppe Galea
14:31 Herrera qal lil Bord: "Fil-bidu tal-leġislatura kien hemm iktar armonija fil-Kabinet."
Beppe Galea
14:30 Herrera jgħid li ma jiftakarx li kien hemm MoU.
Beppe Galea
14:29 L-Imħallef Mallia jistaqsi lill-Kabinett jekk skrutinizzawx lill-bidder prefeut.

Herrera jwieġeb fin-negattiv.
Beppe Galea
14:28 Qal li dokument dwar it-triq 'il quddiem kien ippreżentat lill-Kabinett fi preżentazzjoni tal-Ministru Konrad Mizzi, dakinhar Ministru għas-Saħħa.
Beppe Galea
14:27 Jibdew il-mistoqsijiet dwar VGH:
Herrera jgħid li wegħda oħra elettorali kienet li l-Partit Laburista jinvesti ħafna fl-isptarijiet tal-istat li ma kinux użati tajjeb waqt li semma l-isptar San Luqa, Karin Grech u l-isptar Ġenerali ta' Għawdex.
Beppe Galea
14:24 Herrera jikkonferma li wara l-preżentazzjoni, kienet ħarġet esperessjoni ta' interess f'temp ta' ftit ġimgħat.
Beppe Galea
14:23 Herrera ġie mistoqsi jekk il-proġett ġiex ippreżentat bħala fait accompli.

Herrera għal darb'oħra jerġa' jisħaq li l-laqgħat tal-Kabinett huma sigrieti u ma jkunx etiku li jiżvela jew jidħol fid-dettall.
Beppe Galea
14:22 Herrera rrakkonta kif Mizzi kien qallhom li hemm diversi esperti li qed iħejju l-preparazzjoni għall-preżentazzjoni.

Herrera qal li kien hemm indikazzjoni ċara li s-settur tal-enerġija kellu jiġi privatizzat.
Beppe Galea
14:21 "Darba, kandidat li kien għadu kemm ġie approvat mill-PL kien ippreżenta l-proġett. Dak il-kandidat kien Konrad Mizzi".
Beppe Galea
14:20 Fi tweġiba għal dak li staqsa l-Prim Imħallef Emeritu, Herrera qal li t-transizzjoni għal power station li taħdem bil-gass kienet wegħda elettorali u din kienet waħda mill-prijoritajiet.
Beppe Galea
14:19 Qal li ma jiftakarx li l-falliment tal-Electrogas qattx kienx diskuss fil-Kabinett.
Beppe Galea
14:18 Herrera qal li l-Ministru għall-Finanzi kien ikollu l-ħsibijiet tiegħu għaliex hu responsabbli għall-amministrazzjoni tal-finanzi tal-pajjiż.
Beppe Galea
14:17 Mistoqsi dwar l-għoti ta' garanzija bankarja, Herrera qal li l-estensjoni kienet diskussa fil-Kabinett minħabba l-kwistjoni li tqajmet ta' State Aid.

Herrera żied jgħid li dak li qed jgħid bħalissa qed jikkonferma r-rapporti li huma diġa fid-dominju pubbliku għaliex ma jistax jgħid x'kien diskuss fil-Kabinett.
Beppe Galea
14:16 Herrera wieġeb u qal li s-sidien (shareholders) ma kinux diskussi fil-laqgħat tal-Kabinett.
Beppe Galea
14:15 Dwar l-għażla tal-konsorzju huwa qal li sakemm jiftakar hu, dan ma kienx analizzat jew diskuss f'livell ta' Kabinett.
Beppe Galea
14:14 Il-bord jistaqsi lix-xhud jekk il-ftehim tal-Electrogas kienx ippreżentat fil-Kabinett bħala fait accompli.
Herrera jispjega li meta tintbgħat Memo lill-Kabinett, din tkun konċiża. Huwa rrimarka li t-transizzjoni għal powerstation li taħdem bil-gass kienet wegħda elettorali.
Beppe Galea
14:14 L-Avukat Charlon Gouder jidħol fl-awla.
Beppe Galea
14:13 Qal li Schembri kien ikun preżenti għal-laqgħat kollha. Qal li Schembri kien l-aktar persuna fdata minn Muscat, "konfidant personali tiegħu". Żied jgħid li ma jafx x'ikunu ddiskutew wara li tkun intemmet il-laqgħa magħhom.
Beppe Galea
14:11 Qal li meta kien qed jaħdem fuq xi proġetti li setgħu kienu kontroversjali huwa kien ikellem direttament lill-Prim Ministru. Herrera qal li kien jiltaqa' regolarment mal-Prim Ministru Joseph Muscat.
Beppe Galea
14:10 Herrera spjega li hemm tliet funzjonijiet ta' kif jaħdem Ministru: hemm deċiżjonijiet li jista' jieħu l-Ministru abbażi tal-liġi, hemm dokumenti bħal policy documents u atti tal-liġi li l-Ministru jista' jipproponi lill-Kabinett u hemm okkażjonijiet fejn il-MInistru jista' jkellem direttament lill-Prim Ministru.
Beppe Galea
14:09 Herrera spjega li jemmen li l-Prim Ministru kellu persuni aktar viċin tiegħu minn oħrajn.
Beppe Galea
14:09 L-Imħallef Mallia jirreferi għall-"kabinett tal-kċina li semmew Ministri oħrajn. Herrera qal lill-Imħallef li għandu jistaqsi din il-mistoqsija lill-Ministri li semmewha.
Beppe Galea
14:08 Herrera jintroduċi ruħu bħala Ministru tal-Gvern sa mill-2013.
Beppe Galea
14:05 Jidħol il-bord ta' inkjesta bl-ewwel xhud għal-lum ikun il-Ministru José Herrera.
Beppe Galea
14:02 Il-MInistru għall-Kultura José Herrera jidħol fl-awla flimkien mal-ħaddiema tiegħu. Daħlu wkoll l-avukati tal-familja Caruana Galizia, Therese Comodini Cachia u Jason Azzopardi.
Beppe Galea
13:59 Il-waranofsinhar it-tajjab! Newsbook.com.mt jinsab f'awla 22 minn fejn se naġġornawkom LIVE kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż.
Beppe Galea