​Anzjani u tfal se jingħaqdu permezz taż-żebgħa u t-tafal

Friends of the Earth Malta qed torganizza attività bl-għan li tgħaqqad lill-anzjani u lit-tfal Maltin permezz tal-arti.
Skont l-għaqda l-workshop għandu jtejjeb il-komunikazzjoni ta’ bejn il-ġenerazzjonijiet differenti. Waqt l-attività, se ssir riflessjoni dwar kif spazji komunitarji jistgħu jaqdu lil nies ta’ kull età fis-soċjetà.
L-attività hija miftuħa għal 10 anzjani u 10 t’itfal li għandhom bejn sebgħa u 11-il sena. Il-workshop se jkun maqsum f’żewġ partijiet. Waħda ta’ narrazjoni ta’ stejjer u diskussjoni, imbagħad se ssir sessjoni li tħeġġeġ il-kreattività fejn se jintużaw iż-żebgħa u t-tafal.
L-attività se ssir is-Sibt 17 ta’ Frar fl-Iskola tal-Arti, fil-Belt Valletta. Għal aktar informazzjoni tista’ żżur dan is-sit.