Anzjani u miżżewġin jiksru rekord dinji fl-Ekwador

Il-koppja Julio Mora u Waldaramina Quitneros li jgħixu fl-Ekwador ġew inawgurati mill-Guinness World Record bħala l-iktar koppja miżżewġa anzjana fid-dinja. Flimkien huma għandhom 215-il sena.

Mora twieled fl-10 ta’ Marzu 1910 u Quitneros twieldet fis-16 ta’ Ottubru 1915.

Fil-Guinness World Record hemm koppji li ilhom aktar miżżewġa minn din il-koppja imma mhux anzjani daqshom. Il-koppja żżewġu fl-1941. Julio kien ħarab lill-ġenituri tiegħu u żżewweġ b’mod sigriet minħabba li kemm il-ġenituri tiegħu kif ukoll il-ġenitur ta’ Waldaramina ma’ approvawx iż-żwieġ.

Julio u Waldaramina għandhom erbat itfal, 11-il neputi, 21 pro-neputijiet u 1 pro-pro neputi.

Fil-bidu ta’ din is-sena waħda min-neputijiet ġieta kurżità jekk in-nanniet tagħha humiex l-iktar koppja miżewġa anzjana. Hija kitbet lil Guinness World Record u wara li bagħtitilhom id-dokumenti meħtieġa rċevew iċ-ċertifikat f’Awwissu.

In-neputija tal-koppja qalet li saħħithom hija waħda tajba, però l-imxija tal-COVID-19 affettwatilhom is-saħħa mentali tagħhom.

Il-Guinness World Record spejgat li hemm persuni li ilhom aktar miżżewġa imma m’għandhomx l-età tal-koppja. Qabel din il-koppja l-aktar koppja anzjana kellha 212-il sena u 52 ġurnata.