Anzjani mħeġġa jagħtu ħinhom għall-volontarjat

L-esperjenza u l-għerf ta’ ħafna anzjani għandu jiġi utilizzat għall-benefiċċju tas-soċjetà u tal-anzjani stess. Waqt seminar dwar il-parteċipazzjoni tal-anzjani fis-settur tal-volontarjat, il-Ministru għad-Djalogu Soċjali Helena Dalli saħqet fuq il-ħtieġa li jkun hawn iktar għaqdiet mhux governattivi li jaħdmu mill-qrib mal-anzjani sabiex dawn ikunu iżjed involuti fil-volontarjat.
Hija semmiet diversi inizjattivi meħuda mill-Gvern bil-kollaborazzjoni mal-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat bil-għan li l-volontarjat f’Malta jimxi ‘l quddiem.
Minn naħa tagħha s-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva, Justine Caruana qalet li l-poplazzjoni Maltija ta’ dawk ‘il fuq minn 65 sena se tkun qed tiżdied b’mod drastiku u dan se jwassal biex il-Gvern jgħin organizzazzjonijiet jiżviluppaw programmi ta’ taħriġ u jżommu magħhom volontiera anzjani waqt li jidentifikaw anzjani attivi u motivati sabiex jaġixxu ta’ mexxejja.

Ritratt: DOI