Aġġornata: Anzjani jintlaqtu minn karozza f’Ħal Qormi

Anzjan ta’ 69 sena u anzjana ta’ 68 sena mill-Belt intlaqtu minn karozza f’inċident li seħħ f’Ħal Qormi.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-4.10 ta’ waranofsinhar fi Triq l-Iljun f’Ħal Qormi meta l-anzjani ntlaqtu minn karozza li kienet misjuqa minn raġel ta’ 62 sena mill-Marsa.
Issejħet għall-assistenza tal-Pulizija kif ukoll tim mediku b’ambulanza li ħadu liż-żewġ anzjani l-isptar Mater Dei għall-kura.
Aktar tard ġie ċċertifikat li l-mara ġarrbet ġrieħi gravi filwaqt li r-raġel ġarrab ġrieħi ħfief.
It-tnejn iżda mhux fil-periklu tal-mewt. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ritratt: Media Police