Anzjani Għawdxin jistgħu jitgħallmu iktar dwar it-teknoloġija

Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana ħabbret kors ġdid għall-anzjani f’Għawdex bl-isem ta’ EM-Citizen. 
Dawn il-korsijiet se jibdew minn Mejju u qed isiru bil-kollaborazzjoni tal-Ministeru għal Għawdex u l-kumpanija TCTC. 
Il-Ministru Caruana tkellmet dwar l-impenn tal-Gvern biex ikun hawn soċjetà inklussiva, fosthom bil-litteriżmu fil-qasam tat-teknoloġija.  
Hija saħqet li b’hekk l-anzjani Għawdxin ikunu jistħu jżommu rwieħhom attivi kif ukoll aġġornati mal-bidla teknoloġika li għaddejjin minnha għal titjib fil-kwalità tal-ħajja tagħhom.
Ritratt: MGOZ