Anzjani f’San Vinċenz evakwati minħabba l-ilma

Anzjani residenti f’San Vinċenz De Paul spiċċaw evakwati wara li daħal l-ilma f’żewġt ikmamar fis-Sala numru 2.
Tmien residenti taż-żewġt ikmamar milquta ġew trasferiti f’kamra oħra tal-istess sala tagħhom.
Fi stqarrija maħruġa mid-Dipartiment tal-Informazzjoni intqal li l-interessi tar-residenti ġew imħarsa f’kull ħin.
It-tmexxija tar-Residenza talbet analiżi minn perit indipendenti. L-perit iċċertifika li s-saħħa tal-maltemp wassal biex ammont ta’ ilma għadda mill-fili.
Intqal ukoll li l-ħsarat kienu minimi u mhux strutturali.