Aġġornata: Anzjana ssofri ġrieħi gravi wara ħabta Ħaż-Żabbar

Anzjana ta’ 69 sena sofriet ġrieħi gravi wara ħabta fi Triq Hompesch, Ħaż-Żabbar.
L-inċident seħħ fis-12.40pm bejn karozza misjuqa minn raġel ta' 65 sena mill-Fgura u karozza misuqa mill-mara ta' 37 sena mix-Xgħajra.
Mal-mara kien hemm passiġġiera l-anzjana.
Fuq il-post isejħet ambulanza biex tieħu liż-żewġ nisa l-isptar. 
Aktar tard il-mara ġiet iċċertifikata li sofriet minn ġrieħi ħfief.