Anzjana u kelb jinstabu mejta f’residenza fl-Imsida

Aġġornat 07:06 PM

Read in English.

Anzjana u kelb instabu mejta f’residenza fl-Imsida għall-ħabta tal-4pm ta’ waranofsinhar

Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ Newsbook.com.mt li l-anzjana ta’ 95 sena u l-kelb tagħha kienu attakkati żewġt iklieb oħrajn, liema attakk swielhom ħajjithom.

L-inċident seħħ fi Triq Antionio Sciortino.

Bil-każ infetħet Inkjesta mmexxija minn Dr Charmaine Galea LL.D li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.