Anzjana tweġġa’ wara li ttajret fis-Siġġiewi

Anzjana ta’ 76 sena ttajret dalgħodu fis-Siġġiewi.

Il-każ seħħ fid-9.20am fi Triq Ta’ Kilpa s-Siġġiewi, qrib ir-Roundabout li tagħti għall-kappella tal-Providenza.

Hija ttajret minn vettura misjuqa minn raġel ta’ 39 sena minn Ħad-Dingli.

L-anzjana ttieħdet Mater Dei b’ambulanza u l-Pulizija għadha qed tinvestiga l-każ.