Anzjana tweġġa’ gravi wara li waqa’ arblu fuqha

Mara ta’ 81 sena sofriet ġrieħi gravi f’incident li seħħ ilbieraħ għall-ħabta tat-8.10 ta’ filgħaxija fi Triq Santa Rita, ir-Rabat Malta.

Mill-istħarriġ preliminari jirriżulta li waqt li raġel ta’ 61 sena mill-Imtarfa kien qiegħed jirriversja l-vettura għal xi raġuni huwa laqat arblu tad-dawl bil-fanal li spiċċa laqat lill-mara li kienet qegħda fuq il-bankina.

Fuq il-post issejħet ambualnza li ħadet lill-mara l-isptar Mater Dei sabiex tinghata l-kura meħtiega. L-istħarriġ tal-Pulizija għadu għaddej.