Anzjana tweġġa’ gravi wara li ttajret minn vann f’San Ġwann

Anzjana ta' 71 sena weġġgħet serjament wara li kmieni dalgħodu ntlaqtet minn vann f'San Ġwann.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7 ta' dalgħodu fi Triq San Ġwann tal-Għorgħar. 
Hija ttieħdet l-Isptar Mater Dei permezz ta' ambulanza fejn irriżulta li ġarrbet ġrieħi gravi.