Anzjana tweġġa’ gravi wara ħabta fin-Naxxar

Mara ta’ 81 sena qiegħda ssofri minn ġrieħi gravi wara li kienet involuta f’ħabta fin-Naxxar.

Il-mara, li hija residenti Birkirkara kienet passiġġiera f’karozza misjuqa minn mara ta’ 54 sena u raġel ta’ 24 sena, it-tnejn residenti Birkirkara.

Il-Pulizija qalet li mill-investigazzjonijiet tagħha sabet li kien hemm ħabta bejn din il-karozza u karozza oħra misjuqa minn mara ta’ 53 sena residenti s-Swieqi.

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-3.30pm fi Triq Giuseppe Stivala u l-mara ttieħdet l-isptar Mater Dei b’ambulanza.