Anzjana tmut wara li darha ħadet in-nar

Fire-Rabat

Anzjana tilfet ħajjitha meta darha fir-Rabat ħadet in-nar.

Il-Pulizija tad-Distrett kienet infurmata b’dawn in-nirien fis-5.45am. Ir-residenza tinsab fi Triq San Patrizju.

Il-pulizija u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili assistew minnufih. Tim mediku mar fuq il-post u ċċertifika lill-anzjana mejta.

Hija kellha 74 sena.

Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr Victor Axiaq li ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.