Anzjana tmut f’nirien li ħakmu d-dar tagħha

Read in English.

Mara ta’ 68 sena tilfet ħajjitha meta nirien ħakmu r-residenza tagħha f’San Ġiljan dalgħodu.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-ħamsa ta’ filgħodu meta l-Pulizija ssejjħet f’Wesgħa Agostino Savelli, San Ġiljan permezz ta’ telefonata fejn ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħhom f’ minħabba li ġie nnutat nirien f’residenza.

Il-Pulizija tad-Distrett, tal-iSpecial Intervention Unit (SIU) u membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili marru mill-ewwel fuq il-post u bdiet l-operazzjoni ta’ tifi tan-nar u ta’
salvataġġ.


Hekk kif in-nirien ġew ikkontrollati, il-Pulizija daħlu ġewwa r-residenza u sfortunatament,
instabet mara ta’ 68 sena mejta b’kawża tan-nirien.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat Dr Caroline Farruġia Frendo li ħatret diversi esperti
sabiex jassistuha fl-Inkjesta li ġiet appuntata filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija
għadhom għaddejjin.