Tliet anzjani jmutu bil-Covid-19 il-Ħadd

Aġġornat 08:20 AM
Photo of old woman's hands image in Beauty and Fashion category at pixy.org

Read in English.

Tliet anzjani mietu waqt li kienu pożittivi bil-Covid-19.

Fl-ewwel każ tal-ġurnata li tħabbar fil-11am, il-Gvern qal li anzjana ta’ 91 sena mietet waqt li kienet pożittiva bil-Covid-19 u waqt li kienet rikoverata fl-isptar il-ġdid f’San Pawl il-Baħar.

Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar is-76 imwiet bil-coronavirus f’Malta u qal li l-anzjana kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fil-31 ta’ Ottubru. Hija mietet aktar kmieni llum fil-Good Samaritan Hospital f’San Pawl il-Baħar.

Żewġt irġiel oħra jmutu

FIs-77 u 78 vittmi tal-coronavirus tħabbru mill-Ministru għas-Saħħa l-Ħadd waranofsinhar.

Il-Gvern qal li fit-tieni każ tal-ġurnata, l-anzjan kellu 79 sena kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fis-6 ta’ Novembru. Huwa miet kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.

Fit-tielet każ, anzjan ta’ 71 sena li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fil-31 ta’ Ottubru u miet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.

Il-Ministeru għas-Saħħa ta l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjana u appella biex il-miżuri ta’ prevenzjoni jkunu osservati minn kulħadd.