Anzjana tittajjar minn karozza fiż-Żurrieq

Anzjana ta' 60 sena ttajret minn karozza fiż-Żurrieq dalgħodu.
Kelliem għall-Pulizija qal li l-inċident seħħ għall-ħabta tad-9:00 am fi Vjal ix-Xarolla.
L-anzjana li hija wkoll miż-Żurrieq ittajret minn vettura li kienet misjuqa minn mara ta' 37 sena residenti ż-Żurrieq ukoll. 
L-anzjana ttieħdet l-isptar Mater Dei. Il-kundizzjoni tagħha għadha mhix magħrufa.
Ritratt: Arkivji