Aġġornata: Anzjana ġġarrab ġrieħi gravi wara li ttajret

Anzjana ta’ 67 sena ġarbet ġrieħi gravi wara li ttajret minn karozza fil-Mosta.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-2.15pm fi Vjal l-Indipendenza.
Il-mara ttajret minn karozza misjuqa minn mara ta’ 35 sena minn Ħal Balzan.
Fl-istess triq tilef ħajtu Matthew Azzopardi, li seħħ nhar l-ewwel tas-sena.