Read in English.
Mara ta’ 74 sena residenti l-Gżira weġġgħet gravi wara li ttajret minn karozza fi Triq Fredrick Ponsomby. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-5.30pm.
Kelliem għall-Pulizija qal ma’ Newsbook.com.mt li l-mara li hija oriġinarjament min-Norveġja ttieħdet l-isptar Mater Dei b’ambulanza.
Il-mara li kienet qed isuq hija Ungeriża ta’ 24 sena. Minħabba dan l-inċident it-triq kellha tingħalaq għal xi ħin.