Anzjana tittajjar f’Ħal Qormi

Mara ta’ 84 sena qiegħda fi stat gravi wara li ttajret minn karozza f’Ħal Qormi.

L-inċident seħħ fil-5am fi Triq San Bartomolew, meta karozza misjuqa minn ġuvni ta’ 23 sena minn Birkirkara laqtet lill-anzjana.

Issejħet ambulanza fuq il-post li ħadet lill-mara l-isptar fejn ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.