Anzjana tittajjar f’Bormla

Anzjana ta’ 68 sena qed issofri minn ġrieħi gravi wara li ntlaqtet minn vettura fiż-żona magħrufa Fuq San Pawl f’Bormla.
Mill-ewwel informazzjoni jidher li l-anzjana, residenti Bormla stess, kienet qed taqsam meta ttajjret minn vettura misjuqa minn mara ta’ 33 sena minn San Ġiljan.
Hija ttieħdet fiċ-Ċentru tas-Saħħa biex tingħata l-ewwel għajnuna u aktar tard kienet iċċertifikata li qed issofri ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.