Anzjana tilfet ħajjitha wara li ttajret fil-Mosta

Anzjana tilfet ħajjitha, u raġel qed isfofri ġrieħi gravi, wara inċident tat-traffiku fi Triq il-Kostituzzjoni l-Mosta għall-ħabta tal-għaxra tal-bieraħ filgħaxija.
Mill-ewwel investigazzjonijiet, jidher li l-vittma ta’ 77 mill-mosta u r-raġel ta’ 47 sena minn Santa Venera, inlaqtu minn vettura misjuqa minn mara ta’ 27 sena minn San Pawl il-Baħar.
L-anzjana ġiet iċċertifikata mejta fuq il-post, filwaqt li r-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi iżda mhux fil-periklu tal-mewt.
Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa fejn ħatar diversi esperti biex jassistu f’inkjesta maġisterjali.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejin.