Anzjana titlef ħajjitha wara li taqa’ taraġ fir-Rabat

Read in English.

Anzjana ta’ 77 sena residenti r-Rabat tilfet ħajjitha wara li kienet nieżla taraġ li hemm fi Vjal il-Ħaddiem, ir-Rabat.

Fi stqarrija l-Pulizija qalet li l-inċident seħħ għall-ħabta tal-10:30 am, meta l-anzjana kienet nieżla t-tarag, tfixklet u waqgħet.

Tim mediku ta l-assistenza tiegħu fuq il-post iżda l-anzjana ġiet iċċertifikata mejta fuq il-post.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Rachel Montebello ħatret inkjesta filwaqt li l-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet.