Anzjana titlef ħajjitha fil-Qawra

Mara ta’ 70 sena mill-Hamrun tilfet ħajjitha wara li sabet ruħha f’diffikultajiet waqt li kienet qed tgħum fil-Qawra.

Il-Pulizija fi stqarrija qalet illi għall-ħabta tas-16:45 kienet infurmata li anzjana li kienet qed tgħum il-Qawra, għal raġuni mhux magħrufa sabet ruħha f’diffikulta.

Persuni li kienu fuq il-post tellgħu lill-anzjana fuq ix-xatt u ttieħdet Mater Dei. L-anzjana mietet ftit wara.

Il-Pulizija qed tinvestiga l-każ.